Postijiet ta’ Kontroll fuq il-Fruntiera u Punti ta’ Kontroll

Abbrevjazzjonijiet:

  • A = Ajruport
  • LA – Annimali ħajjin;
    • U – Ungulati minbarra ekwidi reġistrati,
    • E – Żwiemel irreġistrati,
    • O – Annimali oħra minbarra ungulati (din l-abbrevjazzjoni tinkludi wkoll ungulati taż-żoo)
  • POA – Prodotti tal-annimali, prodotti komposti, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, ħuxlief u tiben
    • C – Prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem
    • NHC – Prodotti mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem
    • NT – L-ebda rekwiżit ta’ temperatura
    • T – Prodotti ffriżati / imkessħa
  • P – Pjanti
  • PP – Prodotti tal-pjanti
  • PP (WP) – Injam u prodotti tal-injam
  • OO – Oġġetti oħra
  • PNOA – Prodotti li ma joriġinawx mill-annimali
    • HC (ikel) – Ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali kopert mill-kundizzjonijiet jew miżuri msemmija fl-Artikolu 47 (1) (d), (e) jew (f) tar-Regolament (UE) 2017/625
    • NHC (għalf tal-annimali) – Għalf tal-annimali li ma joriġinax mill-annimali kopert mill-kundizzjonijiet jew miżuri msemmija fl-Artikolu 47 (1) (d), (e) jew (f) tar-Regolament (UE) 2017/625
    • NT – L-ebda rekwiżit ta’ temperatura
    • T – Prodotti ffriżati / imkessħa

Aġġornata l-aħħar: 15/06/2022