Provisti Privati tal-Ilma

Reġistrazzjoni ta’ Provisti Privati tal-Ilma maħsuba għall-Konsum mill-bniedem.

Il-provisti tal-ilma privati kollha maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-L.N. 297 of 2023 – Regolamenti dwar l-Ilma Intenzjonat għall-Konsum mill-Bniedem. Għalhekk, għandhom ikunu reġistrati mal-Awtorità tas-Saħħa skont id-dispożizzjoni taħt L.N. 357 tal-2004 – Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Provisti Privati tal-Ilma Maħsuba għall-Konsum mill-Bniedem.

Ir-reġistrazzjoni għandha ssir bil-miktub fuq il-formola preskritta, li tista’ tinkiseb mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali jew titniżżel minn din il-paġna web, u għandha timtela kif suppost u tintbagħat lill-uffiċċju magħżul (Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa, Kontinentali Business Centre, Old Railway Track, Sta. Venera SVR 9018, Malta).

Fornitur tal-Ilma Privat li għandu aktar minn Provvista tal-Ilma Privata waħda jrid jirreġistra kull waħda mill-provisti tiegħu. Ladarba l-formola ta’ reġistrazzjoni tasal għand id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali bl-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa skont il-lista ta’ hawn taħt, l-EHD jagħmel appuntament mal-applikant. Qabel ma titlesta r-reġistrazzjoni, se ssir żjara fuq il-post mill-uffiċjali tal-EHD fejn se jiġu elevati kampjuni biex tiġi kkonfermata l-kwalità tal-ilma. Ladarba dawn ir-riżultati jinstabu konformi mal-valuri parametriċi mniżżla fl-imsemmija regolamenti, il-Provvista tal-Ilma privata mbagħad tiġi rreġistrata uffiċjalment skont L.N. 357 tal-2004.

Legislażżjoni
Regolamenti tal-2004 dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Provvisti Privati tal-Ilma Maħsuba għall-Konsum Uman (L.N. 357 tal-2004)
EN
MT
Regolamenti tal-2009 dwar l-Ilma Maħsub għall-Konsum mill-Bniedem (L.N. 17 tal-2009) (imħassar)
EN
MT
Ir-Regolamenti tal-2009 li jemendaw l-Ilma Maħsub għall-Konsum mill-Bniedem (L.N. 242 tal-2009)? (imħassar)
EN
MT
Ilma Intenzjonat għall-Konsum mill-Bniedem (Emenda) Regolamenti tal-2017 (L.N. 299 tal-2017)? (imħassar)
EN
MT
Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Saħħa Pubblika (Sustanzi Radjoattivi fl-Ilma maħsub għall-Konsum mill-Bniedem) (S.L.449.61)
EN
MT
ĠDIDA: Regolamenti tal-2023 dwar l-Ilma Maħsub għall-Konsum mill-Bniedem (L.N. 297 tal-2023)
EN
MT
ĠDIDA: Linji gwida tekniċi dwar metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ tas-‘Sum of PFAS’ u ‘PFAS Total’ f’DWD
EN
MT
Formola ta' Applikazzjoni
Formola ta’ applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni ta’ Provvisti Privati tal-Ilma
EN
MT