- Materjal ta’ kuntatt mal-ikel
- Ilma għall-konsum mill-bniedem (ilma tax-xorb) u l-Leġjonella
- Sanitazzjoni tal-vapuri
- Importazzjoni tal-ikel
- Ripatrijazzjoni ta’ fdalijiet umani
- Taqsima taċ-ċertifikazzjoni u l-konsultazzjoni dwar is-Saħħa
- Spezzjonijiet dwar is-Sikurezza tal-ikel
- Ilma għall-għawm
- Pixxini
FAQs
Ikkuntattja lill-Uffiċjal tas-Saħħa Ambjentali li wettaq l-ispezzjoni inizjali tal-bini fuq 23343200/21337333 biex tgħamel appuntament. Jekk jogħġbok innota li l-proċess jinkludi żewġ spezzjonijiet (mingħajr ħlas), u kwalunkwe` spezzjoni żejda iġġorr tariffa addizzjonali ta’ €25.60 għal kull spezzjoni.
L-applikanti għandhom ġentilment jikkuntattjaw id-Direttorat tagħna fuq 23343200/21337333 u jitolbu l-assistenza mill-persunal tat- Taqsima taċ-Ċertifikazzjoni u Konsultazzjoni dwar is-Saħħa.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jipprovdi firxa ta’ servizzi li jkopru prinċipalment postijiet li jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin:
- Ħwienet tal-merċa (Grocers)
- Ħwienet tal-laħam (Butchers)
- Ħwienet tal-ħaxix (Green grocers)
- Ħwienet tal-ħut (Fishmongers)
- Manifatturi/Stabillimenti tal-ippakkjar/Distributuri
- Applikazzjonijiet talAwtorita` Maltija għat-Turiżmu (eż. ristoranti, ħwienet tal-kafe`, lukandi, ‘guesthouses’, ‘boutique hotels’)
- Applikazzjonijiet tal-kummerċ (bejjiegħa fit-toroq u fis-suq miftuħ)
- Applikazzjonijiet mhux talikel (eż. parrukkiera, estetisti, ħwienet tal-massaġġi, ħwienet tad-dwiefer)
- Applikazzjonijiet tal-Awtorita` tal-Ippjanar
- Avvenimenti temporanji (avvenimenti staġjonali, fieri tal-ikel, ‘festivals’ li jistgħu jinkludu kwalunkwe post tal-ikel temporanju, eċċ.)
- Klabbs soċjali (mitluba mill-pulizija)
L-Applikant huwa ġentilment mitlub jjikkuntattja lid-Direttorat tagħna fuq 23343200/21337333 u jitolb l-assistenza mill-persunal tat-Taqsima taċ-Ċertifikazzjoni u Konsultazzjoni dwar is-Saħħa.
Iva, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali joffri ċertifikazzjonijiet speċifiċi tas-saħħa.
Il-klijenti tagħna jiġu kkuntattjati fi żmien 5 ijiem ta’ xogħol mid-data tal-applikazzjoni. Iż-żmien tal-ipproċessar jista jvarja skont ix-xogħlijiet innutati waqt l-ewwel spezzjoni fuq il-post, imwettqa mill-Uffiċjal tas-Saħħa Ambjentali u ż-żmien meħud biex l-applikant jikkonkludi tali xogħlijiet. Imbaghad issir it-tieni spezzjoni biex jiġi kkonfermat jekk ix-xogħlijiet kollha ġewx esegwiti. La darba l-Uffiċċjal tas-Saħħa Ambjentali jikkonferma li x-xogħlijiet kollha jkunu ġew esegwiti, tinħareġ dokumentazzjoni rilevanti.
- Materjal ta’ kuntatt mal-ikel
- Ilma għall-konsum mill-bniedem (ilma tax-xorb) u l-Leġjonella
- Sanitazzjoni tal-vapuri
- Importazzjoni tal-ikel
- Ripatrijazzjoni ta’ fdalijiet umani
- Taqsima taċ-ċertifikazzjoni u l-konsultazzjoni dwar is-Saħħa
- Spezzjonijiet dwar is-Sikurezza tal-ikel
- Ilma għall-għawm
- Pixxini