🇲🇹 AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara ilment li rċieva mingħand konsumatur u wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji,
inkluż it-teħid ta’ diversi kampjuni, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ addittiv ta’ l-ikel (Kulur E110 – Sunset Yellow).
Deskrizzjoni tal-prodott: Carbonated Soft Drink
Isem tal-prodott: Fanta Orange Flavoured Drink
Data tad-durabilita`: 24.09.2025
Lott: P240924AF15
Piż: 33cl
Origini: Nigeria
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected] . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
🇬🇧 ENVIRONMENTAL HEALTH DIRECTORATE NOTICE
In accordance with the Food Safety Act and Regulation (EC) No. 178 of 2002 of the European Parliament and of the Council, the Environmental Health Directorate within the Superintendence of Public Health wishes to inform the public that following information received from the public and necessary investigations including the taking of different samples, the said product must not be consumed due to high levels of a food additive (food colouring E110 – Sunset Yellow).
Product description: Carbonated Soft Drink
Product name: Fanta Orange Flavoured Drink
Best Before: 24.09.2025
Lot number: P240924AF15
Weight: 33cl
Origin: Nigeria
For further information, the public is kindly requested to contact the Environmental Health Services between 8:00 a.m. and 2:30 p.m. on telephone number 21337333 or by email on [email protected] . The public is also being invited to access the Directorate’s Facebook page at www.facebook.com/EHDMalta or our official website at environmentalhealth.gov.mt for similar information.
... See MoreSee Less