L-Unità tal-Awditjar Intern u t-Taħriġ (IATU)

L-Unità tal-Awditjar Intern u t-Taħriġ (IATU) fi ħdan id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali (EHD) hija responsabbli biex tiżgura l-konformità, il-konsistenza, il-professjonalità, u l-livell għoli fix-xogħol imwettaq fis-sezzjonijiet li jaqaw taħt l-EHD. Dawn il-kwalitajiet jinkisbu permezz ta’ awditi nterni, koordinazzjoni ta’ taħriġ, u bl-implimentazzjoni ta’ inizjattivi li jtejbu l-kwalità.

Awditi u Sistemi ta’ Kwalità

Tiżgura li l-unitajiet kollha tal-EHD isegwu l-proċeduri stabbiliti u li jżommu l-obbligi legali u l-istandards interni tagħhom.

  • Twettaq verifiki interni biex jiġu vvalutati l-prattiki tax-xogħol u jidentifikaw oqsma għal titjib.
  • Issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-awditi u tiżgura li l-miżuri korrettivi jiġu mplimentati b’mod effettiv.
  • Tissorvelja u żomm Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità ISO 9001:2015 tal-EHD, li tiżgura konformità kontinwa u preparamenti fil-pront għal verifiki esterni.
  • Iżomm database aġġornata ta’ dokumentazzjoni tal-kwalità.

Taħriġ u Żvilupp

Torganizza taħriġ għal Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali, kemm ġodda kif ukoll dawk eżistenti u kif ukoll lill-istaff ta’ komplimentarju.

  • Torganizza ta’ programmi ta’ taħriġ.
  • Tidentifika bżonn ta’ taħriġ u jikkoordina korsijiet, workshops, u attivitajiet li jtejbu l-professjonalità.
  • Iżomm rekords aġġornati tat-taħriġ tal-istaff u l-iżvilupp professjonali kontinwu.
  • Tappoġġja u tħejji l-sezzjonijiet tal- EHD għal awditi esterni.
  • Iżomm librerija ta’ referenza ta’ kotba, dissertazzjonijiet, u ġurnali relatati mas-saħħa ambjentali.
  • Tikkoordina ma l-MCAST il-programm tal-lawrija tal-Uffiċjal tas-Saħħa Ambjentali u tipprovdi pjattaforma ta’ sapport fejn l-istudenti jkunu jistgħu jipprattikaw’.