FAQs

Il-monitoraġġ uffiċjali tal-istaġun tal-għawm jibda mit-tielet ġimgħa ta’ Mejju sar-raba’ ġimgħa t’Ottubru.

L-annimali domestiċi  jistgħu jittieħdu biss fuq il-blat f’siti uffiċjali għall-għawm li mhumiex klassifikati bħala Bandiera Blu u jridu jinżammu biċ-ċinga. L-ebda annimal domestiku m’huwa permess fuq bajjiet bir-ramel jew f’ibħra għall-għawm ta’ siti uffiċjali.

Il-monitoraġġ isir kull ġimgħa mit-tielet ġimgħa ta’ Mejju sar-raba’ ġimgħa t’Ottubru. Madankollu, jekk sit ikun temporanjament magħluq għall-għawm, il-monitoraġġ isir kuljum. Ir-riżultati tal-monitoraġġ jinsabu fuq il-link li ġej: https://environmentalhealth.gov.mt/en/ehs/wrau/bathing-water-programme/ u fuq il-portal tal-midja soċjali tagħna.

Importanti li wieħed jikkuntattja immedjatament lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq 21337333 jew [email protected] jew [email protected]