L-Unità tal-Awditjar Intern u t-Taħriġ (IATU) fi ħdan id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali (EHD) hija responsabbli biex tiżgura l-konformità, il-konsistenza, il-professjonalità, u l-livell għoli fix-xogħol imwettaq fis-sezzjonijiet li jaqaw taħt l-EHD. Dawn il-kwalitajiet jinkisbu permezz ta’ awditi nterni, koordinazzjoni ta’ taħriġ, u bl-implimentazzjoni ta’ inizjattivi li jtejbu l-kwalità.
Awditi u Sistemi ta’ Kwalità
Tiżgura li l-unitajiet kollha tal-EHD isegwu l-proċeduri stabbiliti u li jżommu l-obbligi legali u l-istandards interni tagħhom.
Twettaq verifiki interni biex jiġu vvalutati l-prattiki tax-xogħol u jidentifikaw oqsma għal titjib.
Issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-awditi u tiżgura li l-miżuri korrettivi jiġu mplimentati b’mod effettiv.
Tissorvelja u żomm Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità ISO 9001:2015 tal-EHD, li tiżgura konformità kontinwa u preparamenti fil-pront għal verifiki esterni.
Iżomm database aġġornata ta’ dokumentazzjoni tal-kwalità.
Taħriġ u Żvilupp
Torganizza taħriġ għal Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali, kemm ġodda kif ukoll dawk eżistenti u kif ukoll lill-istaff ta’ komplimentarju.
Torganizza ta’ programmi ta’ taħriġ.
Tidentifika bżonn ta’ taħriġ u jikkoordina korsijiet, workshops, u attivitajiet li jtejbu l-professjonalità.
Iżomm rekords aġġornati tat-taħriġ tal-istaff u l-iżvilupp professjonali kontinwu.
Tappoġġja u tħejji l-sezzjonijiet tal- EHD għal awditi esterni.
Iżomm librerija ta’ referenza ta’ kotba, dissertazzjonijiet, u ġurnali relatati mas-saħħa ambjentali.
Tikkoordina ma l-MCAST il-programm tal-lawrija tal-Uffiċjal tas-Saħħa Ambjentali u tipprovdi pjattaforma ta’ sapport fejn l-istudenti jkunu jistgħu jipprattikaw’.