L-Environmental Health Risk Management (EHRM) fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali huwa responsabbli għal-ħarsien tas-saħħa u l-benesseri tal-pubbliku permezz tal-infurzar ta’ leġiżlazzjoni kemm Nazzjonali kif ukoll mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
X’tip ta’ ilmenti jista’ jaġixxi fuqhom l-Environmental Health Risk Management?
Dawn huma eżempji tat-tip ta’ każijiet fejn l-EHRM jista’ jaġixxi:
Żamma maħmuġa ta’ partijiet interni u esterni ta’ proprjeta
Żamma ta’ faċilitajiet pubbliċi; żoni tal-logħob, skejjel, pixxini, ċimiterji
Il-kwalita’ tal-ilma tal-għawm u tal-ilma għax-xorb
Rimi illegali, akkumulu ta’ skart u ilma qiegħed
Infestazzjonijiet ta’ pesti
Kwistjonijiet relatati mal-kostruzzjoni ta’ djar u regolamenti dwar drains; inkluż infiltrazzjoni ta’ ilma
Każijiet ta’ suspettat ta’ mard infettiv u kontroll tal-Leġjonella
Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati; inkluż tipjip f’postijiet pubbliċi
Każijiet ta’ prattiċi ħżiena; kliniċi tat-tattoo, ħwienet tas-sbuħija, prattiċi agrikoli
Kwistjonijiet oħra li jaqgħu taħt l-Att dwar is-Saħħa Pubblika
Kif tista’ tressaq ilment?
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jirċievi lmenti permezz ta’ dawn il-mezzi
Informazzjoni postali
Direttorat għas-Saħħa Ambjentali
Livell 1,
Triq il-Ferrovija l-Qadima,
Santa Venera, SVR 9018
Malta
jew billi tirrikorri personalment fl-uffiċini tagħha f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera
Kwalunkwe informazzjoni personali pprovduta tiġi pproċessata u użata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza (Cap.440)-data
Jekk l-ilmentatur jixtieq jibqa’ anonimu, l-anonimat tiegħu jiġi rrispettat, madankollu d-Direttorat imbagħad ma jkunx jista’ jipprovdi feedback lill-ilmentatur dwar kwalunkwe azzjoni meħuda. L-ilmenti kollha jiġu ttrattati bl-aktar mod kunfidenzjali.