Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jippromwovi u jħares il-benesseri u s-saħħa tal-pubbliku minn effetti ambjentali ħżiena.
Id-Direttorat irid ikun li jmexxi bħala korp ta ’kontroll uffiċjali fl-oqsma tas-saħħa ambjentali.
Dan se jinkiseb billi jkun hemm fis-seħħ kultura fejn il-forza tax-xogħol tkun:
Li d-Direttorat ikun konxju mill-ħtiġijiet tal-partijiet interessati
għandu sens ta ’ responsabilita’, appartenenza u
kontabilita`
u jkun kapaċi jaħdem b ’mod flessibbli u professjonali
L-Ambjent u s-Saħħa, ic-Charter Ewropew u Kummentarju, Frankfurt, 1989 Stqarrija dwar is-Saħħa ambjentali:
“Is-saħħa ambjentali tinkludi dawk l-aspetti tas-saħħa u l-mard tal-bniedem li huma detererminati minn fatturi fl-ambjent.”
Id-Dipartiment għas-Saħħa ambjentali twaqqaf f ’Settembru 2007 taħt it-tmexxija tad-Direttur għas-Saħħa ambjentali. Matul l-2010 l-isem inbidel għal Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Id-Direttur imexxi programmi li jippromwovu l-kisba tal-ogħla standards ta’ saħħa u iġjene pubblika billi jindirizza fatturi ta ’riskju assoċjati ma’ perikli ambjentali. Id-Direttur huwa responsabbli għas-salvagwardja tas-saħħa u l-benesseri tal-pubbliku permezz tal-infurzar ta’ ’leġiżlazzjoni derivata mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, nazzjonali u internazzjonali. Id-Direttur jagħti direzzjoni tas-Saħħa ambjentali, lil-Ispettorat tas-Saħħa u l-laboratorju tas-Saħħa Pubblika u jiżgura li s-servizzi fi ħdan id-Direttorat qed joperaw skont il-politika, l-istrateġija, ir-regolamenti u l-istandards tal-Ministeru.
Id-Direttorat għas-Saħħa ambjentali huwa magħmul minn dan li ġej:
Servizzi tas-Saħħa Ambjentali
Laboratorju tas-Saħħa Pubblika
Servizzi mediċi tas-Saħħa tal-Port
Is-Servizzi tas-Saħħa ambjentali huma magħmula minn dawn li ġejjin: