DIRETTUR

Director Environmental Health

Hadrian Bonello

Dip. HI, Dip. PHI (UK), B.Sc. (Hons)(Melit.) Health Sciences, M.Sc. Lean Enterprise, LEHP

Direttur

Direttorat għas-Saħħa Ambjentali

Merħba fis-sezzjoni tad-Direttorat għas-Saħħa ambjentali tal-websajt tagħna. Jisimni Hadrian Bonello, u għandi l-privileġġ li nservi bħala d-Direttur tas-Saħħa Ambjentali. Ninsab eċċitat li nintroduċikom għar-rwol importanti li għandu d-Direttorat tagħna fis-salvagwardja tas-saħħa pubblika u l-promozzjoni tas-sostenibbilta’ ambjentali.

Is-saħħa ambjentali hija pedament tas-saħħa pubblika, li tinkludi l-valutazzjoni u l-ġestjoni tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa pubblika u l-fatturi tas-saħħa ambjentali li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem u l-benesseri tagħhom.

Il-funzjonijiet tad-Direttorat għas-Saħħa ambjentali huma:

1. Monitoraġġ u valutazzjoni: Aħna nidentifikaw il-perikli għas-saħħa billi nimmonitorjaw il-fatturi ambjentali, niggwidaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ policies

2. Osservanza regolatorja: l-iżgurar li n-negozji jaderixxu mar-regolamenti tas-saħħa biex jissalvagwardjaw il-benesseri pubbliku

3. Il-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Edukazzjoni: l-għoti tas-setgħa lill-komunitajiet permezz tal-edukazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel u kwistjonijiet tas-saħħa permezz ta’ sensibilizzazzjoni fil-midja soċjali.

4. Rispons u tħejjija għall-emerġenzi: il-koordinazzjoni għall-emerġenzi tas-saħħa bħal meta tfaqqa xi marda, l-iżgurar ta’ azzjoni rapida u effettiva.

Aħna impenjati li nrawmu komunitajiet b’saħħa aktar sostenibbli.

Billi nindirizzaw l-interazzjoni kumplessa bejn is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa pubblika, u s-saħħa ambjentali. Aħna nistinkaw biex noħolqu komunitajiet aktar b ’saħħithom u sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri.

Grazzi talli żort il-websajt tagħna, u jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntatjana jekk għandek xi mistoqsijiet.