Arkivju tad-dejta tal-Programm tal-Ilma għall-Għawm

Id-dejta dwar il-monitoraġġ tal-ilma għall-għawm mill-istaġun tal-għawm 2009 tista titniżżel minn hawn taħt. Dawn jagħtu d-data mhux ipproċessata għall-kampjuni kollha miġbura matul l-istaġun speċifiku tal-għawm wara analiżi li saret fil-Laboratorju tas-Saħħa Pubblika fi ħdan id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali. Kampjuni tal-ilma tal-baħar huma analizzati għal Escherichia coli (E. coli) u Enterococci intestinali (IE) u r-riżultati kollha huma espressi f’cfu/100 ml.

Malta tissorvelja 87 żona għall-għawm magħżula uffiċjalment, u dawn huma suddiviżi f’4 żoni. Żona A tkopri żoni għall-għawm fin-Nofsinhar ta’ Malta, Żona B tkopri żoni għall-għawm fil-parti Ċentrali ta’ Malta, Żona C tkopri żoni għall-għawm fin-naħa ta’ Fuq ta’ Malta u Żona D tkopri żoni għall-għawm fil-gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna. Lista taż-żoni kollha għall-għawm magħżula uffiċjalment tinsab fiż-żoni ufficjali għall-għawn. żoniufficjali għall-għawm u aktar dettalji dwar iż-żoni kollha għall-għawm magħżula uffiċjalment jinsabu wkoll profil tal-ilma għall-għawm.

Grafika li turi t-tendenza tal-kwalità tal-ilma għall-għawm kostali f’Malta

Graph Bathing Water
Xejra tal-kwalita’ tal-ilma tal-għawm mal-kosta. Noti: Kull kolonna tirrappreżenta numru assolut ta’ ilmijiet għall-għawm fl-istaġun. Il-klassijiet ta’ kwalita’ “tajba” u “suffiċjenti” huma amalgamati biex jitqabblu mal-klassifikazzjoni tad-Direttiva preċedenti dwar l-ilma għall-għawm 76/160/EEC.