Profil tal-ilma għall-għawm

Id-Direttorat għas-Saħħa ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħejja sensiela ta’ n29 profil tal-ilma għall-għawm li jkopru s-87 ilma għall-għawm magħżula kollha tal-Gżejjer Maltin.

Dawn il-profili tal-ilma għall-għawm huma maħsuba biex jipprovdu informazzjoni utli lill-pubbliku u tħejjew skont id-Direttiva 2006/7/EC, l-Artikolu 6, ir-Regolament 11 u l-Iskeda III tar-Regolamenti kif trasposti bl-Avviż legali 125 tal-2008 u emendati bl-Avviż legali 237 tal-2011.

Dawn ir-regolamenti jikkonċernaw il-ġestjoni tal-ilma għall-għawm fir-rigward tat-tnaqqis tal-gastroenterite u riskji oħra għas-saħħa fuq l-ilma li joriġinaw minn sorsi fekali u minn rotot oħra ta’ tniġġis.

Il-kwalita ’ta’ l-ilma għall-għawm tiġi sorveljata kull sena mill-Unità ta’ Regolazzjoni u Verifika tal-Ilma u mir-Reġjun ta ’Għawdex fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa ambjentali f’ żoni differenti għall-għawm fil-Gżejjer Maltin fuq medda ta ’23 ġimgħa. Il-perjodu ta’ monitoraġġ jikkorrispondi mal-istaġun uffiċjali tal-għawm li tradizzjonalment jiftaħ fit-tielet ġimgħa ta ’Mejju u jagħlaq fit-tielet ġimgħa ta’ Ottubru.

Il-kwalita’ ta’ l-ilma għall-għawm hija kklassifikata skond id-Direttiva 2006/7/EC bħala “eċċellenti”, “tajba”, “suffiċjenti” jew “fqira”.

Kull profil tal-ilma għall-għawm jagħti informazzjoni dwar il-kwalita ’tal-ilma għall-għawm, inkluż ir-riskji potenzjali ta’ tniġġis fis-sit u jirreġistra l-miżuri użati biex titjieb il-kwalita’ tal-ilma għall-għawm. Barra minn hekk, huma jagħtu informazzjoni dwar il-karatteristiċi fiżiċi, ġeografiċi u idroloġiċi, flimkien ma’ storja ta’ kwalita’ tal-ilma pprovduta fit-taqsima tad-dejta ġenerali.

F’każ li jiġi nnutat kuntatt ma’ inċident potenzjali ta’ btniġġis, id-dettalji jiġu pprovduti fl-aħħar ta’ kull profil tal-ilma għall-għawm.

Profil tal-ilma għall-għawm