FAQs

Il-pixxini pubbliċi jew il-pixxini użati għal attivitajiet kummerċjali, kemm jekk għall-profitt kif ukoll jekk le, jeħtieġ li jiġu rreġistrati. Pixxini privati li jinsabu f’residenzi privati ma jeħtiġux li jiġu rreġistrati mal-EHD.

  1. Żomm il-livell ta’ free-chlorine bejn 1-3 ppm.
  2. Kun żgur li n-nies li jużaw il-pixxina jinħaslu bil-misħun u s-sapun fid-doċċa qabel ma jidħlu fil-pixxina.
  3. Żomm il-pixxina nadifa.
  4. Żomm ċirkolazzjoni tajba tal-ilma.
  5. Żomm il-filtri tal-ilma nodfa.
  6. Ħu kampjuni tal-ilma mill-inqas darba fix-xahar.
  7. Jekk il-pixxina tkun fuq barra, żommha mgħottija meta ma tkunx qed tintuża.
  8. Aħsel id-dekk, il-kmamar tad-doċċa u fejn ibiddlu n-nies b’doża ta’ 0.5% chlorine, jew fungiċida simili darba kuljum.
  9. Pixxini spa għandhom jiġu mbattla u mnaddfa darba fil-ġimgħa.
  10. Żomm it-temperatura tal-ilma tal-pixxini imsaħħna bejn 27℃ u 30℃.
  11. In-numru ta’ nies fil-pixxina għandu jkun skont il-kobor u l-pompi tal- pixxina.

Huwa importanti li tikkuntattja lit-tabib tiegħek biex jipprovdilek il-kura meħtieġa. Tista’ wkoll tinforma lill-EHD permezz t’imejl fuq [email protected] jew [email protected].