Kontroll tat-Tabakk

Regolamenti tal-2016 dwar il-Manifattura, Preżentazzjoni u bejgħ ta ’tabakk u Prodotti relatati L.S. 315.10

Dawn ir-regolamenti jittrasponu d-Direttiva dwar il-Prodotti tat-tabakk 2014/40/EU f ’Malta u jikkonsistu f’ regoli ġodda u msaħħa dwar kif il-prodotti tat-tabakk jistgħu jiġu manifatturati, ippreżentati, u mibjugħa, kif ukoll dispożizzjonijiet ġodda għal prodotti li sa issa ma kinux speċifikament regolati, inklużi s-sigaretti elettroniċi u l-prodotti erbali għat-tipjip.

Regolamenti tal-2016 dwar il-Manifattura, Preżentazzjoni u bejgħ ta’ tabakk u Prodotti relatati L.S. 315.10 jistgħu jiġu aċċessati fuq https://legislation.mt/eli/sl/315.10/eng

L-awtorita’ kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti hija s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.

Dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ fl-20 ta’ Mejju 2016