ir-Rappurtaġġ ta ’Ingredjenti ta’ Prodotti Erbali għat-Tipjip

Il-manifatturi u/jew l-importaturi ta ’prodotti erbali għat-tipjip għandhom jissottomettu lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika lista tal-ingredjenti kollha, u l-kwantitajiet tagħhom li jintużaw fil-manifattura ta’ dawn il-prodotti

bl-isem u t-tip tad-ditta.

In-notifika għandha tiġi ppreżentata f ’forma elettronika permezz tal-portal tad-dħul komuni tal-EU (EU-CEG)

F’każ ta’ diffikultajiet tekniċi mal-EU-CEG, jekk jogħġbok ikkuntattja
[email protected]
(Inkludi “print screen” tat-tieqa fejn tidher il-problema fil-messaġġ tiegħek)

Għal kwistjonijiet ġenerali relatati mal-funzjonament tal-EU-CEG, jekk jogħġbok ikkuntattja
[email protected]

Il-formola ta ’notifika li ġejja trid tiġi sottomessa wkoll lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika

Notifika ta’ Prodotti erbali għat-tipjip

ENG

MLT

Il-manifatturi jew l-importaturi għandhom ukoll jinfurmaw lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika meta l-kompożizzjoni ta ’prodott tiġi modifikata b’ mod li taffettwa l-informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament.

L-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata qabel it-tqegħid fis-suq ta’
prodott erbali għat-tipjip gdid jew modifikat.

L-informazzjoni riċevuta skont ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq hija disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li titqies kif xieraq il-ħtieġa li jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali.