Bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta ’Prodotti tat-tabakk

In-negozji li beħsiebhom jidħlu f ’bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk u/jew sigaretti elettroniċi jridu jirreġistraw mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Negozji bħal dawn jinkludu:

dawk stabbiliti f’Malta li jbigħu prodotti tat-tabakk u/jew sigaretti elettroniċi lil konsumaturi f’pajjiż ieħor tal-UE.

Bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta prodotti tat-tabakk, prodotti erbali għat-tipjip, sigaretti elettroniċi/kontenituri ta’ rikarika bin-nikotina kif ukoll mhux bin- nikotina lil konsumaturi li jinsabu f’Malta għandu jkun ipprojbit.

Negozji stabbiliti f ’Malta li jbigħu lil konsumaturi residenti fi Stat Membru tal-UE jridu jirreġistraw ukoll mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn jinsabu l-konsumaturi attwali jew potenzjali. Il-prova ta’ din ir-reġistrazzjoni għandha tinhemeż mal-formola tar-reġistrazzjoni.

In-negozji jistgħu jfornu l-prodott rilevanti lil konsumatur biss permezz ta ’bejgħ transkonfinali mill-bogħod wara li jkunu rċevew konferma tar-reġistrazzjoni tagħhom mas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.

Dan ma japplikax għall-bejgħ minn negozju għal negozju jiġifieri l-bejgħ mhux dirett lill-konsumaturi.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika se tikkonferma r-reġistrazzjonijiet ladarba dawn, u kwalunkwe dokument li jakkumpanjahom, ikunu ġew ivverifikati bħala korretti.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika se tippubblika l-lista tal-bejjiegħa bl-imnut reġistrati fuq dan is-sit elettroniku. F ’każ ta’ tibdil fl-informazzjoni reġistrata, il-parti reġistrata hija obbligata li tinforma lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.

In-negozji li jkunu involuti f’bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk jistgħu ma jfornix tali prodotti lill-konsumaturi fl-Istati Membri tal-UE fejn il-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk ikun ġie pprojbit.

Forom
Reġistrazzjoni ta’ bejjiegħa bl-imnut ta’ prodotti tat-tabakk u/jew sigaretti elettroniċi bi ħsiebhom jidħlu f’bejgħ transkonfinali mill-bogħod.

EN .pdf
EN .docx
MT .pdf
MT .docx