Profil tal-ilma għall-għawm 2:
Marsascala

Il-Bajja ta’ Wied il-Ħajn, il-Bajja tal-Jerma, il-Fajtata u l-Bajja ta’ San Tumas

Dan il-profil ikopri sitt punti uffiċjali ta’ monitoraġġ tal-għawm. Dawn is-siti jinsabu tul il-kosta tan-Nofsinhar ta’ Malta fir-raħal ta’ Marsascala. A03 u A04 huma żewġ siti għall-għawm li jiffurmaw parti mill-Bajja ta’ Marsaskala, li jinsabu fi Triq iż-Żonqor mdawra bi proprjetajiet residenzjali u għandhom pjattaformi tal-konkos. A05 u A06 huma wkoll sit tal-għawm bil-blat li jinsab fi Triq is-Salini mdawra b’bini residenzjali. A06 huwa mdawwar ukoll minn salini. A07, il-Bajja tal-Fajtata tinsab, biswit Triq il-Qalet f’Marscala. Is-sit għandu żona bil-blat u ramlija. Is-sors tar-ramel inkiseb mit-tħammil. Hemm restorant u bandli fil-viċin. A08 il-Bajja ta San Tumas hija bajja ramlija mdawra b’diversi djar tad-dgħajjes u ristorant.

Punti ta’ monitoraġġ

  • MT130133500000A03 – Triq Żonqor faċċata ta’ Triq San Nikola
  • MT130133500000A04 – Triq Żonqor ħdejn il-moll
  • MT130133500000A05 – Triq is-Salini
  • MT130133500000A06 – il-Bajja tal-Jerma
  • MT130133500000A07 – Fajtata
  • MT130133500000A08 – il-Bajja ta’ San Tumas

Żona uffiċjali għall-għawm

Excellent (B03 & B05)

Kwalita’ Eċċellenti

Klassifikazzjoni l-aktar riċenti 2023