PROFIL TAL-ILMA GĦALL-GĦAWM 9:
SAN ĠILJAN U SLIEMA

Il-Bajja ta’ San Ġiljan, il-Bajja tal-Ballutta u l-Bajja ta’ Exiles

Dan il-profil ikopri sitt punti uffiċjali ta’ monitoraġġ tal-għawm. Is-siti kollha jinsabu tul il-kosta tal-grigal ta’ Malta, minn B06 sa B09 jinsabu f’ San Ġiljan. Filwaqt li B10 u B11 jinsabu f’Tas-Sliema. B06 jinsab fil-Bajja ta’ San Ġiljan biswit triq Spinola bi pjattaforma tal-konkret. B07 huwa sit tal-blat tul il-promenade ta’ Triq Ġorg Borġ Olivier. B08 u B09, jagħamlu parti mill-Bajja tal-Balluta, bajja żgħira bir-ramel fi Triq Ċensu Tabone. B10 u B11 jinstabu biswit Triq it-Torri, Tas-Sliema. B10 jinkludi bajja żgħira bir-ramel/ċagħaq, jetty, slipway, u wkoll kosta tal-blat naturali. Filwaqt li B11 hija bajja tipika tal-blat. Iż-żewġ siti tal-aħħar huma mdawra bil-bandli u ġonna pubbliċi. Is-siti kollha huma mdawra b’ristoranti, lukandi, u residenzi privati.

Punti ta’ monitoraġġ

  • MT0120125200000B06 – Fl-ahhar ta’ Triq Spinola
  • MT0120125200000B07 – Ħdejn il-Waterpool Klabb ta’ San Ġiljan
  • MT0120125200000B08 – Il-Bajja tal- Balluta fuq ix-xellug
  • MT0120125200000B09 – Il-Bajja ta- Balluta fuq il-lemin
  • MT0120125200000B10 – Exiles Bajja- Sandy Bajja
  • MT0120125200000B11 – Taħt il-grawnd tal-logħob tat-tfal

Żona uffiċjali għall-għawm