Profil tal-ilma għall-għawm 14:
Mellieħa

Il-Bajja Paradise Bay u Il-Bajja ta Ċirkewwa

Dan il-profil ikopri żewġ punti uffiċjali ta’ monitoraġġ tal-għawm. C07 u C08 jinsabu tul il-kosta tat-tramuntana ta’ Malta taċ-Ċirkewwa. C07, il-Bajja ta’ Paradise Bay hija aċċessibbli minn taraġ wieqaf ħdejn iż-żona tal-parkeġġ fi triq Latinja. Is-sit pittoresk jikkonsisti f’bajja ramlija żgħira f’kova naturali u xenarju imħatteb mal-ġenb tal-irdum. C08 tinsab fil-viċinanzi tat-Terminal tal-laneċ ta’ Għawdex u biswit it-triq tal-Marfa. Din il-bajja ramlija tagħti ħarsa lejn il-gżejjer ta’ Kemmuna u Għawdex u hija wkoll magħmula prinċipalment minn ramel u kosta tal-blat. Qrib is-sitti hemm lukanda u xi resutrants.

Punti ta’ monitoraġġ

  • MT0150153700000C07 – Il-Bajja Paradise Bay
  • MT0150153700000C08 – Il-Bajja ta Ċirkewwa

Żona uffiċjali għall-għawm

Excellent (B03 & B05)

Excellent Quality

Latest Classification 2023