Profil tal-ilma għall-għawm 3:
Marsaxlokk u Birżebbuġia

Il-Bajja Ta’ Marsaxlokk u Il-Qajjenza, Il-Bajja Ta’ San Ġorġ, Inħawi Ta’ Triq Il-Qalb Imqaddsa u Il-Bajja S-Sabiħa F’birżebbuġia

Dan il-profil ikopri seba’ punti uffiċjali ta’ monitoraġġ tal-għawm. A09, tinsab tul il-kosta tan-nofsinhar ta’ Malta fir-raħal tas-sajd ta’ Marsaxlokk, biswit Triq Tat-Trunciera. Din il-bajja tikkonsisti f’bajja ramlija żgħira li hija spallata minn siltiet ta’ ċagħaq, ċagħaq żgħar, u kosta tal-blat fuq kull naħa tal-bajja.
Minn A10 sa A15 jinsabu tul il-kosta tan-nofsinhar ta’ Malta fir-raħal ta’ Birżebbuġa. A10 u A11 jinstabu biswit triq il-Qajjenza fejn kif A11 tinsab maġenb Fort Ferretti. Dawn il-punti huma t-tnejn siti tal-blat li jiffurmaw parti mill-Bajja ta’ San Ġorġ u huma mdawra b’bini residenzjali. A12 tinsab biswit triq Ghar Dalam. Din il-bajja ramlija żgħira ġiet rifornita permezz ta’ tħammil u tifforma parti mill-Bajja ta’ San Ġorġ. Hija mdawra minn bini residenzjali u ristorant. A13 tinstab biswit triq Dawret il-Qalb Mqaddsa fil-viċinanza tal- monument tal-Tmiem tal-Gwerra Bierda. Dan is-sit bil-blat jifforma parti mill-Bajja ta’ San Ġorġ u huwa mdawwar b’bini residenzjali. A14 u A15 it-tnejn jiffurmaw parti minn Bajja Sabiħa. Dan is-sit bir-ramel bi pjattaforma tal-konkos, li ġie rifornit u estiż fis-snin tmenin waqt xogħlijiet ta’ tħammil fis-sit li llum huwa okkupat mill-Malta Freeport Terminals. Fuq in-naħa tax-xellug tal-bajja huwa magħmul minn blat b’xi meded ta ‘ċagħaq u pjattaformi tal-konkrit/slipways. Madwar is-sit hemm xi ristoranti u lukandi.

Punti ta’ monitoraġġ

  • MT130133600000A09 – Il-Bajja ta’ Għar Aħmar
  • MT130131500000A10 – Triq Qajjenza faċċata ta’ Triq Għannejja
  • MT130131500000A11 – Triq F.M. Ferretti faċċata ta’ Triq S. Cachia Zammit
  • MT130131500000A12 – Il-Bajja ta San Ġorg
  • MT130131500000A13 – Opposite of Liquid Fuel Depot
    MT130131500000A14 – Pretty Bay on the left
  • MT130131500000A15 – Fuq il-lemin tal-Bajja is-Sabiħ

Żona uffiċjali għall-għawm