Profil tal-ilma għall-għawm:
San Pawl il-Baħar

Barrakuda, Il-Bajja Tax-Xema, Il-Bajja Tal-Għażżelin & Siren’s F’San Pawl Il-Baħar

Dan il-profil ikopri ħames punti uffiċjali ta’ monitoraġġ tal-għawm. Dawn is-sit għall-għawm jinsabu fil-kosta tal-Grigal tal-Gżira Maltija fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. C19 jinstab fl-Għolja tax-Xemxija imdawwar b’kosta tal-blat li fiha numru ta’ dgħajjes żgħar irmiġġati fiż-żona. C20 jinstab barra l-inħawi tax-Xatt tal-Veccja. Iż-żona Tal-Veċċja tinsab fuq in-naħa tax-xellug, imdawwar b’breakwater li min-naħa tagħha tilqa’ żona ta’ rmiġġ għal dgħajjes żgħar. Iż-żona ta’ l-għawm f’dan il-post hija mdawra b’uċuħ tal-blat wieqaf ħafna b’xi xquq preżenti f’intervalli. C21 biswit triq Settla Maris bi pjattaforma tas-siment. Hemm residenzi privati ​​u klabb tal-waterpolo fil-qrib. C22 jinstab fit-tarf tas-sqaq tax-Xema. Tikkonsisti f’bajja żgħira bir-ramel li hija mdawra bi r-rdumijiet u żoni ta’ makkja fuq naħa waħda u rampa tal-konkos fuq in-naħa opposta. L-ilma għall-għawm jista’ jiġi aċċessat jew permezz ta’ rampa jew permezz ta’ taraġ fil-ġenb ta’ bini li jintuża bħala yacht club. C23 jinsab fi Triq San Frangisk. Il-medda tal-blat li tinsab bejn it-Torri ta’ Wignacourt u l-punt tal-blat taħt il-każin tal-Boċċi, fin-Nofsinhar tat-Torri, hija magħrufa bħala l-Qala tal-Għażżelin. Il-qiegħ tal-baħar f’din iż-żona huwa kkaratterizzat prinċipalment minn blat u qroll. C24 tinsab fiż-żona magħrufa bħala Tas- Sirens fi triq San Geraldu. Sensiela ta’ pixxini tal-għawm maqtugħin fil-blat huma mxerrda tul din il-medda tal-kosta. Dawn is-siti huma mdawra b’residenzi privati, restuartns u żewġ każini tal-waterpolo jinsabu fiż-żona.

Punti ta’ monitoraġġ

  • MT0150155500000C19 – Taħt il-Beachhaven
  • MT0150155500000C20 – Xatt il-Veċċja
  • MT0150155500000C21 – Ħdejn il-waterpolo klabb ta’ Barrakuda
  • MT0150155500000C22 – Il-Bajja Tax-Xama
  • MT0150155500000C23 – Il-Bajja tal-Għażżenin
  • MT0150155500000C24 – Ħdejn il-klabb tal-waterpool ta’ Sirene’s

Żona uffiċjali għall-għawm