Profil tal-ilma għall-għawm 8:
San Ġiljan

Il-Bajja ta’ San Ġorġ u Triq il-Wilġa

Dan il-profil ikopri tliet punti uffiċjali ta ‘monitoraġġ tal-għawm. Is-siti kollha jinsabu tul il-kosta tal-grigal ta’ Malta f’San Ġiljan. B03 u B04 li jinsabu fil-Bajja ta’ San Gorg hija bajja ramlija mal-ġenb hemm il-blat baxx. Il-bajja ġiet rifornita għall-ewwel darba fl-2004 u fl-2005 bl-użu ta’ ramel tal-granit importat. B05 biswit il-Ponta ta’ Dragonara maġenb Triq Wilga. Din hija bajja bil-blat u hija Żona ta’ Importanza Ekoloġika peress li fiha art mistagħdra kostali tranżizzjonali importanti. Is-siti huma mdawra b’attività kummerċjali inklużi lukandi u ristoranti.

Punti ta’ monitoraġġ

  • MT0120125200000B03 – Il-Bajja ta’ San Ġorg fuq ix-xellug
  • MT0120125200000B04 – Il-Bajja ta’ San Ġorg fuq il-lemin
  • MT0120125200000B05 – Triq Wilga

Żona uffiċjali għall-għawm