Profil tal-ilma għall-għawm 26:
Xagħra u Nadur

Ir-Ramla L-Ħamra Fix-Xagħra & Il-Bajja Ta’ San Blas u Il-Bajja Ta’ Daħlet Qorrot Fin-Nadur, Għawdex

Dan il-profil ikopri erba’ punti ta’ monitoraġġ uffiċjali għall-għawm. Dawn is-siti jinsabu fit-Tramuntana ta’ Għawdex fix-Xagħra u n-Nadur. D15 u D16 jinstabu fit-tarf ta’ triq Għajn Qasab, ix-Xagħra. Ir-Ramla il-Ħamra hija kkaratterizzata minn bajja ramlija ħamranija u għaram tar-ramel, din hija l-akbar sistema ta’ għaram tar-ramel li fadal fil-Gżejjer Maltin. Ir-Ramla il-Ħamra tinsab fil-bokka ta’ wied wiesa’ tax-xmara. Iż-żona hija ddominata mill-bajja ramlija u għaram tar-ramel assoċjati filwaqt li l-pajsaġġ tal-madwar huwa magħmul minn għoljiet b’xaqliba ġentili, għoljiet tat-tafal blu fuq in-naħa tal-punent u irdum esposti fuq kull naħa tal-bajja. D17 tinsab fit-tarf ta’ triq San Blas, in-Nadur. Il-bajja ramlija fil-Bajja ta’ San Blas tinsab f’żona imwarrba u kwieta, imdawra minn pajsaġġ tal-blat. Dan jagħmel il-bajja unika u spettakolari. L-aċċess għall-bajja huwa biss bil-mixi, permezz ta’ mogħdija dejqa u wieqaf ħafna. Ir-ramel huwa oranġjo ħamrani, simili għal dak ta’ ir-Ramla il-Ħamra, miksub mill-preżenza ta’ Gebla is-Safra, Rina. D18 Daħlet Qorrot hija daħla żgħira mdaħħla fil-wiċċ tal-irdum tat-Tramuntana ta’ Għawdex u tista’ tintlaħaq min-Nadur. Xenarju f’dan is-sit jinkludi veduti estensivi ta ‘formazzjonijiet ta’ waqgħa tal-blat (Rdum). Diversi djar tad-dgħajjes preżenti fil-viċinanza.

Punti ta’ monitoraġġ

  • MT0260266300000D15 – Il-Bajja tar-Ramla il-Ħamra fuq ix-xellug
  • MT0260266300000D16 – Il-Bajja tar-Ramla il-Ħamra fuq il-lemin
  • MT0260264300000D17 – Il-Bajja ta’ San Blas
  • MT0260264300000D18 – Il-Bajja ta’ Daħlet Qorrot

Żona uffiċjali għall-għawm

Excellent (B03 & B05)

Excellent Quality

Latest Classification 2023