Ilma għall-Għawm Profil 16:
Mellieħa

Il-Bajja Tal-Mellieħa

Dan il-profil ikopri ħames punti uffiċjali ta’ monitoraġġ tal-għawm. Is-siti C11 sa C14 jinsabu tul il-kosta tat-tramuntana ta’ Malta tal-Mellieħa fi Triq il-Marfa li jifformaw parti mill-Bajja tal-Għadira. Din hija l-akbar bajja bir-ramel f’Malta li tinsab biswit ir-Riserva Naturali tal-Għadira li twaqqfet fl-1978 biex tipproteġi l-għasafar migratorji. Ir-riżerva tipprovdi ħabitats ta’ art mistagħdra u tal-melħ. Il-bajja hija mdawra b’wied f’forma ta’ U li huwa għani f’attivitajiet agrikoli. Ħdejn C14 hemm jetty tas-siment. C15 tinsab fi Triq Dawrett It-Tunnara Mellieħa biswit il-mużew tat-Tunnara (Westreme Battery). Dawn is-sit huma mdawra minn residenzi privati, lukandi u ristoranti.

Punti ta’ monitoraġġ

  • MT0150153700000C11 – Il-Bajja ta’ l-Għadira- ħdejn il- parkeġġ pubbliku
  • MT0150153700000C12 – faċċata tar-Riżerva Naturali
  • MT0150153700000C13 – Il-Bajja ta’ l-Għadira Bajja- ħdejn iż-żona tal-picini
  • MT0150153700000C14 – Slipway ta’ Tunnynet
  • MT0150153700000C15 – Mużew ta’ Tunnara

Żona uffiċjali għall-għawm